Tafu B'Xi Tfal Vulnerabbli Jew Il-Ġenituri Tagħhom Għaddejjin Minn Żmien Diffiċli? – Angele Lesta Li Tgħin Għal Darb'Oħra!

L-Erbgħa li għaddha ċċelebrajna Ras ir-Randan, li jwassalna għall-ikbar festa fil-kalendarju tal-Knisja Kattolika, il-festa tal-Għid. Angele, il-kunsillera minn Ħaż-Żabbar li tgħin tant u tant nies għamlet appell biex tkompli tgħin u tferraħ tant tfal anke fi żmien l-Għid il-Kbir.

Hi kitbet, “Dawk it-tfal kollha li huma vulnerabbli /għandhom xi kundizzjoni, jew li l-ġenituri għaddejjin minn żmien diffiċli jistgħu jibagħtu ittra lill-Easter Bunny ħa jagħtikom figolla għal dan l-Għid.”

Ġest żgħir u mill-qalb li ninsabu ċerti li ħa jinżel tajjeb ma’ dawk kollha li għaddejjin minn żmien diffiċli u ma jistgħux iferrħu lil uliedhom daqstant. Dawk kollha li jixtiequ jgħaddu din l-ittra jistgħu jagħmlu kuntatt ma’ Angele billi jidħlu HAWN.

Prosit ta’ din l-inizjattiva Angele!





Facebook / Angele Camilleri



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI