Illum ħafna qed jawguraw l-isbaħ xewqat fuq il-midja soċjali lill-attriċi, kittieba u direttriċi bravissima Evelyn Saliba La Rosa hekk kif qed tiċċelebra għeluq sninha.
Evelyn hija l-moħħ wara numru kbir ta’ produzzjonijet ta’ suċċess li xxandru matul dawn l-aħħar snin fosthom Ħbieb u Għedewwa, Sorelle, D.R.E.A.M.S, F’Ġieħ l-Imħabba, Luna u tant oħrajn.
Madankollu minkejja l-karriera mżewqa tagħha hi tibqa’ magħrufa ħafna wkoll għall-parti ta’ Vivienne li interpretat fis-sensiela ta’ suċċess kbir Gizelle kważi 20 sena ilu.
Nawguraw l-isbaħ xewqat lil Evelyn f’għeluq sninha!
Facebook / Evelyn Saliba La Rosa u Facebook / Adrian Saliba