“Taħt L-Abbandun Kollu Kien Hemm Dan Il-Ġeru Tant Sabiħ … Għadu Ftit Imbeżża’ U Mistħi” – Christa Cilia

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħha, Christa Cilia laqqgħet lis-segwaċi tagħha ma’ kelb ċkejken li salvatu riċentament.

Qalet, “Ilbieraħ ħadt dan il-ġeru tar-razza Shih Tzu ta’ ħames xhur mingħand sidu, u l-kundizzjoni li kien fiha kienet taqtagħlek qalbek. Il-pil kien kollu mħabbel u mimli għoqod, imtebba’ bl-isfar mill-awrina, u r-riħa kienet insapportabbli. Kien tant maħmuġ u skomdu li ħadtu minnufih għand il-groomer tiegħi, li fortunatament laqgħetu immedjatament minkejja l-urġenza. B’dilk l-għaġla kollha biex ngħinuh, insejna nieħdu ritratti tajbin ta’ kif kien qabel, u rnexxieli nsib biss dan ir-ritratt ta’ qabel il-grooming tiegħu.”

Żiedet tgħid, “Taħt l-abbandun kollu kien hemm dan il-ġeru tant sabiħ Għadu ftit imbeżża’ u mistħi, iżda huwa tassew ħelu u ġentili immens. Issa huwa nadif, sigur, u finalment qed jingħata l-kura u l-imħabba li tassew jistħoqqlu. Semmejtu Billy! Dan iċ-ċkejken se jkun qed ifittex dar mimlija mħabba għal dejjem. Jekk jogħġobkom, persuni serji biss li jifhmu fl-impenn u l-kura li għandu bżonn kelb żgħir.”







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI