Tamara Webb B’Messaġġ B’Saħħtu Dwar Il-Haters

Dawn qegħdin kullimkien! Niltaqgħu magħhom fil-ħajja ta’ kuljum speċjalment fuq il-midja soċjali, l-aktar fuq Facebook!

Tamara tibda billi tgħid “sniff u xħin ixommu ersqu ’l hemm.” Tamara tgħid l-iktar ħaġa tad-daħk hi, li jgħaddu l-ħin tagħhom, ħafna mill-ħin tagħhom għax ħafna mill-affarijiet li jgħidu jaħsbu li huma maħsuba vera sew. Mingħalihom!

View this post on Instagram

A post shared by C&A - Create Art (@ca.createart) on Jun 12, 2019 at 10:12am PDT

Jattakaw u probabli jinsew dawk kollu li qalu ftit wara. L-aqwa li jkunu attakaw. Tamara tgħid li dawn hemm ċans li jħossu qed ineħħu xi għoqla minn fuq l-istonku, bħal ma hi tħoss meta tmur il-gym. L-aqwa li jkunu straħu.

Straħu li jkunu qalu xi ħaġa fuq xi ħadd, u li jkunu qed iħossuhom ta’ vera u jġibu dik il-kunfidenza illi jwaqqgħu lil xi ħadd biex mingħalihom itellgħu lilhom infushom. Pero fil-verità ikunu ħafna agħar mill-persuna li jkunu qed jattakaw.

View this post on Instagram

A post shared by @thedelightfulstoreco on May 1, 2019 at 5:24pm PDT

Jipprovaw isibu xi ħaġa li tgħinhom ikunu kuntenti dwarhom infushom. B’mod komiku tgħid għandhom bżonn il-peanut butter – dak żgur iġib il-kuntentizza!

Fil-ħajja ħa ssib ħafna min ma jaqbilx miegħek jew jitkellem wara darek, però jekk hemm dil-mibgħeda, kun ċert li dan fl-aħħar mill-aħħar qed jagħmel lilek kuntent u xejn iżjed! Din ħajtek, għixha kif trid!

View this post on Instagram

A post shared by Divine Nails by Amanda Byrne (@amanda_byrne_nailartist) on Apr 5, 2018 at 4:07am PDT

Għandna bżonn inkomplu nisimgħu kummenti bħal dawn mingħand ħafna aktar personalitajiet għax żgur qed jagħmlu ħafna ġid lil numru ta’ nies, b’mod partikolari addoloxxenti li ħafna drabi jkunu huma fil-mira ta’ dan!

Instagram / Tamara Webb

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI