"Tant Kburi Biż-Żagħżugħ Li Sirt" – Jagħlaq Sninu Iben Howard Keith Debono

Illum huwa jum speċjali għal Howard Keith Debono, hekk kif sar missier ta’ tifel, Adam Keith. Bħal-lum twieled l-għażiż ibnu u f’messaġġ esprima kemm hu kburi bih u kemm ifisser għalih.

“Kif jista’ jkun li għalaqt 20 sena? Tant kburi biż-żagħżugħ li sirt. Nixtieq nawgura lil ibni Adam Keith f’għeluq sninu. Huwa ċar, iż-żmien huwa lussu li ma nistgħux nixtru, għaldaqstant ħu li tista’ minnu. Fortunatament, għandna ammont kbir ta’ memorji b’aktar li ser noħolqu.”

Għall-okkażjoni Howard xerred ritratt ta’ ibnu Adam Keith mill-passat, u ieħor aktar riċenti.Awguri mill-qalb Adam Keith!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI