Iż-żmien tal-kostruzzjoni li qed ngħixu fih sfortunatament qed jisraq mill-Maltin bosta ġojjelli li wieħed verament kapaċi jitpaxxa bihom. Sfortunatament it-twaqqigħ ta’ binja tal-ġmiel oħra ġiet żvelata minn Te fit-Tazza.
Fuq il-paġna, ġie żvelat li “Aktar kmieni din il-ġimgħa, Lisa minn MaltaDoors qasmet dawn ir-ritratti tal-għaġeb ta’ Walmarville, li issa sfortunatament hija skedata għat-twaqqigħ. Aħna lkoll naħsbu li hija ħasra li naraw li din l-istruttura roża mibnija fuq stil Modernist titħassar mill-eżistenza!”
X’jidhirlek minn din id-deċiżjoni? Taqbel li villa unika bħal din għandna nitilfuha f’pajjiżna?
Facebook/Te fit-Tazza