Teddy Ħarab Fiż-Żejtun U Għadu Ma Nstabx

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħha, Christa Cilia qasmet appell mas-segwaċi tagħha rigward kelb li ħarab u huwa niqes.

Hi qalet, “Teddy sfortunatament ħarab wara li rnexxielu joħroġ mill-harness. Liebes kullar blu b’żewġ tabelli bl-isem. Huwa ħarab fiż-Żejtun. Jekk tarawh, jekk jogħġobkom ersqu bil-mod lejh għax huwa jinsab mbeżża’. Teddy ħarab mill-inħawi ta’ Well Square Store u rawh qrib l-għassa tal-pulizija.”

Temmet billi qalet, “Jekk għandkom xi informazzjoni jew tarawh, ċemplu lis-sid fuq 99541025.”

Ixxerjaw dan l-artiklu forsi ngħinu fit-tfittxija tiegħu!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI