Temmen Fis-Superstizzjonijiet? Tgħaddi Minn Taħt Sellum? Jekk Tinkisirlek Mera?

Fuq il-pjattaforma ta’ TVM naraw filmat mill-programm TVAM fejn naraw bosta personalitajiet lokali jiġu mistoqsija dwar jekk jemmnux fis-superstizzjonijiet. Antonella tgħid, “Jiena persuna superstizzjuża ħafna.” Tgħid ukoll li arloġġi ma tatix bħala rigal għax jgħidu li meta ttih rigal tispiċċa r-relazzjoni. Valentina wkoll superstiżżjuża tant li ma tgħaddix minn taħt sellum, anqas scaffolding.  

Antonella tgħid ukoll jekk ikollok ħabib trid tara hux vera jew le, tistiednu d-dar u jekk il-kelb jibqa’ jinbaħ u ma jkunx iridu jidħol id-dar ifisser li għandek għadu.

Isaqsuhom ukoll jekk tagħmilx ċinn ċinn ma’ tazza ta’ xi ħadd vojt! Jew jekk tħaris fl-għajnejn inti u tagħmilha. Valentina tgħid jekk ikunu vojta mill-bidu le iżda jekk qabel kien hemm xi ħaġa fiha tagħmel cheers. Kompli segwi dan il-filmat.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI