Tgħid Daqshekk Ħa Naraw Lil Millie Bobby Brown Bħala Eleven Fi Stranger Things?

Is-serje Stranger Things ilu erba’ staġuni u mistenni jagħlaq bil-ħames staġun, għalkemm id-data tal-ħruġ tal-istaġun għadha ma tħabbritx.  

L-attriċi maħbuba Millie Bobby Brown li tinterpreta l-parti ta’ Eleven, stqarret li issa lesta li tagħlaq il-kapitlu ta’ Stranger Things f’ħajjitha darba għal dejjem.  L-attriċi Brittanika kisbet il-fama permezz tas-serje li tnieda meta hi kien għad għandha biss 12-il sena! 

Millie spjegat li Stranger Things jieħu wisq ħin biex jiġi ffilmjat u qiegħed iżommha milli toħloq affarijiet u stejjer ġodda f’ħajjitha li tant għandha passjoni għalihom.  Stqarret ukoll li issa tinsab lesta għal dak li ġej, għax din l-esperjenza għenitha tikseb għodda u kapaċitajiet biżżejjed għad-dinja tal-ispettaklu. 

View this post on Instagram

A post shared by Glamour (@glamourmag)







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI