Glen Vella u Pamela Bezzina llum irħewlha lejn il-baħar u ddeċidew li jilagħqu ftit ix-xemx. “… u ppruvajna ngħidu kelma nsomma”, kompliet Pamela. Naħseb ħafna iżjed minn kelma x’taħsbu?
Ilkoll nafu li dawn iż-żewġ kantanti bravi huma ħbieb kbar antiki. Apparti li tawna ħafna mużika sabiħa, tawna wkoll eżempju ta’ kif ħbieb veri jkunu dejjem hemm, jgħaddi kemm jgħaddi ż-żmien. Tant u hekk li Pamela fit-tags tagħha kitbet #TrueFriendsAreLikeDiamonds.
Ħudu gost ħbieb! Veru ksirnielkom ftit għajnkom fil-ħin ta’ rilassament, imma żgur tapprezzaw kemm iħobbukom il-qarrejja tagħna u mumenti li jidhru sempliċi, kapaċi jagħtu tagħlima u eżempju!
Ritratt: Facebook/ Pamela Bezzina