Tħabbret Il-Mewt Tal-Maestro Aurelio Belli – Insellmulek, Maestro

Aurelio Belli

Ilkoll maħsuda bl-aħbar li ħalliena l-Maestro Aurelio Belli.

Aurelio, mrobbi l-Ħamrun, miżżewweġ lill-kantanta lokali Gloriana Arpa Belli, u flimkien għandhom lil binthom Alexandra.

Aurelio kien beda l-istudji tiegħu fuq l-euphonium fl-età ta’ disa’ snin man-nannu tiegħu Louis Olivari. 

Jibqa’ magħruf għal kemm kien attiv ma’ diversi baned lokali kif wkoll ma’ ensembles bħal Versatile Brass fost l-oħrajn.



Ritratt: Facebook/ Aurelio Belli



F’Ottubru tal-2013, Aurelio ġie mistieden biex jagħmel l-arranġamenti mużikali għall-live band fil-Konkors Kanzunetta Internazzjonli ta’ Malta, fejn huwa idderieġa lil tnax-il pajjijż barrani.

Aurelio kien magħruf ukoll bħala  arranġatur mużikali, ta sehmu fi ħdan l-Orkestra Filarmonika Nazzjonali ta’ Malta, u ħa ħsieb l-arranġamenti mużikali għal wieħed mill-akbar kunċerti li jsiru f’Malta, Rockestra.

F’Marzu konna qed narawh jidderieġi diversi kanzunetti waqt Muzika Muzika.

Tkellem dwar dak li għadda minnu kemm-il darba, speċjalment f’dawn l-aħħar snin, bil-għan li jqajjem kuxjenza u jappoġġja lil ħaddieħor.

Aħna kellna ċ-ċans insiru nafu aktar dwaru u dwar dan il-perjodu iebes waqt il-poddata ta’ Kellymni.

Insellmulek Maestro. Strieħ fis-sliem. Kondoljanzi minn qalbna lil Gloriana, Alexandra u l-familjari, qraba u ħbieb kollha tiegħu.



Ritratti:

Facebook/ Aurelio Belli

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI