Mijiet u mijiet ta’ kummenti feġġu lbieraħ jesprimu l-kondoljanzi tagħhom hekk kif tħabbret il-mewt ta’ Enrica, it-tifla ta’ 13-il sena li kienet qed tiġġieled il-marda tal-kanċer ġewwa Sutton, l-Ingilterra. L-aħbar twasslet permezz tal-paġna uffiċjali ta’ Puttinu Cares, li ddeskrivu l-ġurnata ta’ mewtha bħala waħda “terribbli” u “ta’ diqa”.
Għalkemm m’għadhiex magħna, bosta huma dawk li qegħdin jieħdu l-opportunità sabiex ifakkru l-memorja ta’ Enrica, deskritta minn diversi bħala tifla mill-aktar ħelwin b’qalb tad-deheb u ta’ kuraġġ liema bħalu.

Facebook / Maria Mifsud Bonnici
Fost dawk li esprimew ruħhom insibu lil Martina Fenech, tfajla li wkoll għaddiet mill-esperjenza tal-kanċer u li saħansitra ssieħbet fi ħdan Puttinu Cares. Fil-forma ta’ strofi u vrus mill-aktar ħelwin, Martina misset il-qlub ta’ kulħadd hekk kif qasmet diversi memorji li kellha ma’ Enrica, mill-ewwel darba li semmitilha Sutton u l-affarijiet li tista’ tagħmel hemmhekk sal-praspar tagħhom fir-Rainbow Ward.
Mill-qiegħ ta’ qalbna nixtiequ noffru l-kondljanzi tagħna lill-qraba ta’ Enrica f’dan il-mument diffiċli u l-mistrieħ ta’ dejjem lil din it-tfajla qalbiena.
Facebook / Maria Mifsud Bonnici