Studenti li huma eliġibbli għall-istipendju u li se jkomplu l-istudji tagħhom immedjatament wara li jtemmu s-Sena 11 jistgħu jibbenefikaw mill-Iskema tal-Gvern tal-Internet Voucher, li permezz tagħha se jingħataw voucher ta' €300 għall-internet validu għal sena.
Dawk li jagħżlu lil GO jistgħu jgawdu minn pakkett esklussiv bla ħlas għal sena sħiħa, li jinkludi Unlimited Mobile Plan b'data lokali illimitata fuq netwerk 5G, 100GB roaming data kull xahar, kif ukoll telefonati u SMS illimitati.
Barra minn hekk, il-pakkett jinkludi wkoll Home Internet ta' 1000Mbps fuq in-netwerk True Fibre ta' GO, abbonament Premium ta' Cloudigo li jagħti aċċess għal aktar minn 1,200 skont fuq aktar minn 350 marka differenti, kreditu doppju fuq top-up ta' €20 fl-Eden XP Arcade, kif ukoll skont ta' 10% fuq ix-xirjiet kollha minn Klikk.
Bħala bonus ieħor, l-istudenti li jagħżlu lil GO se jidħlu wkoll fiċ-ċans li jirbħu iPhone 17. Biex jibbenefikaw minn din l-offerta, l-istudenti jridu jimlew il-formola online permezz tal-iskema tal-Government Internet Voucher. L-aħħar ġurnata biex wieħed japplika hija l-Ħadd 12 ta' Lulju 2026.
Din hija opportunità ideali għal studenti li se jibdew kapitlu ġdid fl-istudji tagħhom biex igawdu konnettività veloċi u diversi benefiċċji addizzjonali tul is-sena kollha. Agħfsu HAWN għal aktar dettalji!