Dawk li jħobbu d-drama Maltija jew dawk li jħobbu jaqraw xi ktieb tajjeb bil-Malti żgur li semgħu bl-isem ta’ Sharon Calleja. Din l-attriċi u awtriċi Għawdxija llum qed tiċċelebra għeluq sninha.
Fost id-drama li dderiġiet hi, hemm Rubini li kien kiseb popolarità kbira. Narawha wkoll tieħu sehem fl-istess serje fil-parti prinċipali.
Ħadet sehem ukoll fi produzzjonijiet bħal Eklissi (li kitbet hi stess). Kienet dehret ukoll f’xi xeni mir-raba’ staġun ta’ Simpatiċi.
Biss l-avventura tal-istorja ta’ Rubini ma waqfitx mas-serje, hekk kif ftit taż-żmien wara ħarġet il-ktieb tal-istess storja. Fost aktar kotba minn taħt il-pinna ta’ Sharon, hemm ukoll, Ċagħaq, Friefet, Pupa tal-Porċellana, Kaxxa tad-Daqq, Passju, Daqqa ta’ Ħarta u il-Ġowker.
Awguri mill-qalb Sharon, nittamaw li kellek ġurnata mill-isbaħ!
Facebook/ Sharon Calleja