In-neputi ta’ Maggie Camilleri magħrufa bħala Suor Maria Angela ħabbar li għaddiet għall-ħajja ta’ dejjem nhar is-Sibt li għadda. Illu għadda messaġġ ta’ ringrazzjament lil dawk kollha li għaddew il-kondoljanzi tagħhom lill-familja.
Hi kienet tgħix ġewwa Bergamo, fl-Italja u tista’ tgħid għamlet snin twal tgħin lill-proxxmu. Jidher li Suro Maria Angela kellha diversi talenti, kienet taf tħit, tpinġu u tpitter. In-neputi tagħha Samuel kiteb messaġġ mill-qalb biex ifakkarha.
Hu qal, “Ħafna minnkom qatt ma ltaqgħu magħha jew għarfuha. Kienet persuna tal-għaġeb li taħdem ħafna…” Hu jgħid ukoll li xi ħadd li kien jafha minn Nadur jżid, “dejjem żammet rasha ‘l isfel waqt li kienet miexja jew saħansitra bilqiegħda.”
Hu jkompli jgħid, “Qatt ma ħarġet minn kamra mingħajr ma qalet ‘con permesso’. L-umiltà tagħha kienet ammirevoli. Hija ħasbet li r-ritratti esprimew vanità. Imma hawn ritratt wieħed tagħha. Hi se taħfrini għal dan imma ċ-ċanfarni wkoll.”