Meta l-Ħadd li għadda, iċ-ċkejken Lydon nesa l-kliem il-qalb tal-Maltin ingħafset u kien hemm min anke spiċċa emozzjona ruħu li ċ-ċkejken ħa żball eżatt fl-aħħar tal-kanzunetta! Iżda tista' tgħid kulħadd emmen li kellhom ikunu mal-finalisti u l-missier u l-iben waslu fil-finali bla problemi ta' xejn.
Jidher li r-raġuni prinċipali wara l-fatt li Lydon nesa l-kliem kienet minħabba li fl-aħħar tliet ijiem, biddlu l-mod ta' kif tagħlaq il-makjetta li ppreparaw fuq il-Covid-19. Jomike kiteb, "Huwa verità li Lydon nesa tliet linji mid-diska li saret ġimgħatejn proprju għall-okkażjoni ta' Malta's Got Talent, u dawn l-aħħar tlett ijiem kien hemm ħtieġa li tinbidilha l-aħħar vers."
Il-missier ikompli jispjega, "li ġara li Lydon tfixkel minn kif kienet għal kif irranġajnieha l-aħħar tlett ijiem." Aħna m'għandna ebda dubju li l-Maltin iħobbu lil Lydon u ċerti li ħa jkollhom riżultat mill-isbaħ fil-finali bil-possibilità li anke jirbħu dan l-ispettaklu.
Facebook / Malta's Got Talent