Li tneħħi ż-żarbun malli tmur id-dar ta’ xi ħadd hija xi ħaġa komuni għal bosta, iżda għal ħafna oħrajn jaf tkun offiża. Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom fuq Facebook, Din Malta Tagħna saqsew, “Tiddejjaq meta tmur għand xi ħadd u jġiegħlek tneħħi ż-żarbun fejn il-bieb.”
Kien hemm bosta kummenti li qablu u oħrajn li ma qablux fejn fost il-kummenti kien hemm persuna li qalet, “U ma tarax jew. Innaddaf wara, ma tarax li mhux se nobliga lil dak li jkun jinżgħu! Jew għandi pjaċir bih jew m’għandix.”
Persuna oħra qalet, “Jien ma rridx żraben ġod-dar. Min irid jidħol, min ma jridx ma jidħolx. Id-dar tiegħi, r-regoli tiegħi.”