Tiggradwa L-Kantanta Maltija Enya Magri

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħha fuq Facebook, il-kantanta Enya Magri qasmet mas-segwaċi tagħha kelmtejn f’okkażjoni speċjali immens hekk kif gradwat. Enya Magri gradwat fl-Early Years Education. Hi qalet, “bidu ġdid fl-early years education. Grata immens!”

Enya Magri hija familjari ma’ dawk li jsegwu x-xena mużikali ta’ pajjiżna hekk kif rajniha f’diversi festivals prestiġġjużi. Rajniha flimkien mar-Russu f’Mużika Mużika permezz ta’ kanzunetta Verdett kif ukoll rajniha fil-Malta Eurovision Song Contest permezz tal-kanzunetta Shame.

Mit-tim ta’ Gwida.mt nixtiequ nawgurarlha f’dan il-jum tant speċjali kif ukoll għall-karriera tagħha, kemm dik mużikali u kemm professjonali. Awguri mill-qalb!





Facebook/Enya Magri



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI