Fuq il-meżżi soċjali din il-ġimgħa rajna l-introduzzjoni ta' marka maltija bl-isem ta' Pufta. Din il-marka qed tiġġieled biex tnaqqas l-istigma li ġorr magħha din il-kelma. Aħna ta' Gwida.mt, tkellimna mal-MGRM, moviment li jitkellem f'isem il-persuni LGBTIQ f'Malta u staqsejniehom x'jaħsbu mill-kunċett.
Cynthia Chircop il-Co-Cordinator tal-MGRM weġbitna hekk;
"Storikament, ir-‘reclamation’, jiġifieri l-mod ta kif kommunità terġa tieħu lura u tibda’ tuża kelma li storikament tkun saret insult, huwa mod ta’ kif komunita’ f’minoranza tiddefendi ruħha minn lingwaġġ dispreġjattiv... Ta min insemmu ukoll li dan il-proċess irid ikun aċċettat mill-kommunita sabiex ikun effettiv, u li ġeneralment dan ma jibdiex minn attivita’ kummerċjali".
Imma min fejn ġiet il-kelma maltija Pufta? "L-għeruq tal-kelma ‘pufta’ jinsabu fil-kelma bl-ingliż ‘poofter’, li allura l-oriġini tagħha minn dejjem kienet intenzjonata sabiex toffendi lil-irġiel omosesswali". - Cynthia.
"Ħaġa li hija ċara, hija li fadal ħafna xogħol biex il-kelma ma tibqax tintuża b'mod degradanti. Minn studju ppublikat mill-MGRM ftit xhur ilu, li jismu ‘The 2017 Malta National School Climate Survey’, ħareġ ċar li sal-ġurnata tal-lum fl-iskejjel tagħna, studenti LGBTIQ+ ghadhom jisimgħu kliem bħal ‘pufta’ użati b’mod dispreġjattiv u sabiex jinsulta". - Cynthia
Cynthia qaltilna li l-posizzjoni tal-MGRM hi... "li nkomplu l-kampanja ta’ edukazzjoni fl-iskejjel sabiex, id f’id mal-iskejjel, nispjegaw għaliex li tkun membru tal-komunita LGBTIQ+ m’għandux ikun suġġett ta’ insult, tkun xi tkun il-kelma li tintuża. Din l-istess posizzjoni tibqa tgħodd f'dan il-każ ukoll".

Ritratt Pufta / Facebook
Staqsejna lil Russell Sammut li huwa wieħed mill-producer tal-programm Tough Luck. Russell bħala persuna gay qalilna li... "Ikolli nilbsu, nilbsu biex nisfida l-istigma u nuri li jekk xejn, pufta huwa persuna bħal ħaddiehor". Russell żied jgħid li ma jilbisx dan il-flokk biss għax l-istil ma laqtux... "Ma nilbsux għax t-Tshirt ma għoġobnix, jekk jgħamluli T-shirt kif joġgħobni bl-istess logo, nilbsu bil-qalb kollha." - Russell.
Int kieku tilbsu flokk bħal dan? Ivvotta: