Fuq il-paġna uffiċjali tal-Kunsill Lokali ta’ Ħal Għaxaq, inkitbet l-aħbar li sar tindif u ħasil estentiv fil-bandli tal-lokal.
Kitbu, “Tindif u ħasil estensiv fil-bandli tal-lokal li jinsabu f’Misraħ Santu Rokku u fi Ġnien E.Vassallo. Nistiednu lir-residenti biex jikkollaboraw magħna sabiex tinżamm l-indafa u nieħdu ħsieb l-ambjent ta’ madwarna. Grazzi.”
Ippubblikaw ukoll diversi ritratti tal-ħaddiema jagħmlu xogħol bieżel inaddfu kull rokna tal-bandli minkejja x-xemx tiżreġ.
Nirringrazzjaw lill-ħaddiema talli għamlu dan ix-xogħol biex il-bandli jkun nadif u sigur għat-tfal żgħar, u nirringrazzjaw ukoll lill-Kunsill Lokali tal-inizjattiva.
Nappellaw lir-residenti biex jirrispettaw l-ambjent u jżommuh nadif biex it-tfal isibuh kif ħallewh il-ħaddiema. Grazzi mill-qalb!
Facebook / Kunsill Lokali Ħal Għaxaq