“Fejn Hi L-Umbrella?” – Xena Tar-Re Karlu III Jitħalla Jsir Għasra Fil-Qilla Tax-Xita Tisraq L-Attenzjoni

Fuq il-midja internazzjonali dalgħodu seraq l-attenzjoni episodju li ġara lbieraħ lir-Re Karlu III meta waqt żjara li kien qiegħed jagħmel fil-Karibew bdiet nieżla x-xita qalila u l-Kap tal-monarkija Brittanika tħalla mingħajr umbrella b'konsegwenza li spiċċa għasra.

F'filmati li ttellgħu matul dawn l-aħħar sigħat fuq il-midja soċjali, ir-Re jidher li kien qiegħed flimkien ma' martu r-Reġina Camilla. Hu jidher evidentament frustrat hekk kif kemm hu kif ukoll martu t-tnejn bdew jistaqsu lill-assistenti tagħhom sabiex iġibulhom umbrella ħalli jistkennu mill-qilla tax-xita.

Wara ftit sekondi, l-assistenti jidhru jagħtu umbrella lir-Reġina Camilla filwaqt li jinsew għalkollox lir-Re Karlu III.

Dan l-episodju ġie segwit minn miljuni madwar id-dinja f'kemm trodd salib hekk kif qanqal reazzjonijiet differenti fost is-segwaċi.

Ritratt:

X / Emily Ferguson

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI