F'dawn il-jiem fejn kulħadd ifakkar lin-nies speċjali f'ħajtu li ħallew din id-dinja, Vanessa Gatt kitbet messaġġ mill-qalb għaċ-ċkejkna Emily.
Lura fl-2020 kien hemm mumenti diffiċli li għaddew minnhom Emily u Vanessa, u nistgħu ngħidu li din l-anġlu ċkejken, serqitilna qalbna waqt li lkoll ingħaqadna biex nitolbu għaliha u nappoġġjawha.
Vanessa tikteb, "Inti għalija qaddisa żgħira li nħossok miegħi tgħini u tigwidani l-ħin kollu. Nipprova ngħix ħajja tajba biex meta jasal iż-żmien tiegħi niġi ngawdik fil-ġenna għal dejjem. Inħobbok għal dejjem, binti."
Għal dejjem f'qalbna, Emily.
Facebook/ Vanessa Gatt