Tista’ Tgħin? Ġriewi Ta’ Ftit Jiem Jinstabu Abbandunati F’Għalqa

Meta se nieqfu nkunu daqshekk krudili? Il-paġna ta’ Rescued is my Favourite Breed – Lulu Arpa fuq Facebook żvelat li għadhom kif instabu ġriewi ta’ ftit jiem abbandunati u mxerrdin f’għalqa. Il-paġna qed titlob għall-għajnuna tan-nies li jkunu jistgħu jgħalfuhom bil-flixkun.





Il-paġna żvelat ukoll li “Tnejn minnhom instabu mejtin… strieħu fis-Sliem żgħar. Jiddispjacini li l-bnedmin jistgħu jkunu daqshekk krudili.”



“Ejja nittamaw li l-bqija jgħixu. Huma fraġli ħafna u kienu kesħin ħafna. Jekk jgħixu, nkunu neħtieġu bottle feeders, allura jekk jogħġbok ikkuntattjana permezz ta’ messaġġ privat.”

Jekk tista’ tgħin, ibgħat messaġġ lill-paġna billi tagħfas HAWNHEKK.

Facebook/Rescued is my Favourite Breed – Lulu Arpa

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI