"Tista' Toħloqlu L-Uġigħ… Jekk Sempliċiment Tiġbor Lill-Bebbuxu Mill-Art" – Kont Tafha Din?

Il-paġna Innocent Paws – Maria D’Amato għadha kemm ippubblikat post li probabbli ħasdet lil bosta li ssoltu imdorrijin jiġbru xi bebbuxu minn mal-art u jpoġġuh x’imkien sigur. Jidher li kważi kull darba li xi ħadd għamel dan, ikkaġuna tbatija u wġigħ lill-bebbuxu.

Il-paġna tispjega kif studju li sar juri li meta wieħed jaqbad u jiġbor bebbuxu minn mal-art, ikun qed iweġġgħu, u hemm ir-riskju li anke jmut. 

“Jekk jogħġbok kun af li jekk taqbad bebbux mill-art biex tpoġġieh f’post aktar sigur inti tista’ toħloqlu l-uġigħ jekk ma ssirx kif suppost, jekk sempliċiment tiġbor lill-bebbux mill-art. Dan jista’ jikkawża li parti minn ġismu ssirilha l-ħsara, u joqtol lill-bebbux.”

Importanti li qabel tiġbor bebbux, itteptep bil-mod, bil-mod fuq il-qoxra, u tagħti ċ-ċans li jidħol ġol-qoxra. Malli jkun sigur ġol qoxra, hemm tista’ ċċaqalqu. Segwi aktar hawn taħt:







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI