Titħabbar Il-Mewt Tan-Nutar Anthony Spiteri Debono, Ir-Raġel Tal-President Ta’ Malta

Malta tinsab f’niket wara li tħabbret il-mewt tan-Nutar Anthony Spiteri Debono, ir-raġel il-President tar-Repubblika, Dr Myriam Spiteri Debono.

In-Nutar Spiteri Debono kien magħruf mhux biss bħala figura distintiva fil-qasam tan-notarjat, iżda wkoll bħala persuna ta’ integrità u dedikazzjoni fil-ħajja pubblika u personali tiegħu.





Il-President Spiteri Debono, li ħadet il-kariga f’April 2024, kienet dejjem tkellmet bi kliem mill-isbaħ dwar il-ħajja li qasmet ma’ żewġha – ħajja ta’ rispett reċiproku, mħabba, u appoġġ kontinwu. In-nutar kien figura ta’ sapport kostanti waqt il-karriera politika u pubblika tagħha.

Nesprimu s-solidarjetà tagħna mal-President f’dan il-mument diffiċli u ta’ niket profond. Ħsibijietna u t-talb tagħna huma magħha u mal-familja tagħha.

Facebook / Myriam Spiteri Debono



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI