Titlob Jekk Xi Ħadd Jafx Lil Ġenituri Tagħha!

Fuq grupp fuq il-midja soċjali, ‘Malta Vintage Hostory’, mara Ingliża qasmet storja dwar il-ġenituri tagħha. Kitbet li l-ġenituri tagħha huma t-tnejn Maltin.

Missier din il-mara, Ivana Hodgkinson, kien jismu Hector Corrado u twieled ġewwa Ħaż Żabbar fl-1924. Wara li gradwa u laħaq tabib, irħielha lejn l-Ingilterra fis-sena 1950, ħdejn ħuh il-kbir. Fl-1951 iżżewweġ lill-omm Ivana, Josephine ġewwa Londra.

Ritratt: Facebook / Ivana Hodgkinson

Ivana Hodgkinson għandha x-xewqa biex tkun taf jekk hemmx xi ħadd li kien jaf il-ġenituri tagħha. Hija tellgħet ritratt tat-tieġ tagħhom, flimkien ma’ xi paragrafi li kienu dehru f’artiklu li kien sar dwar missierha.

Tkun xi ħaġa sabiħa li kieku jkun hawn xi ħadd li kien jaf jew ġieli ra lill-ġenituri ta’ din il-mara, qabel ma emigraw lejn l-Ingilterra. B’hekk din il-mara tkun tista’ tingħatalha xi informazzjoni rigward il-ġenituri Maltin tagħha! Jekk dawn iż-żewġt uċuħ huma familjari għalik, ibgħatilna!

Facebook / Ivana Hodgkinson

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI