Tixtieq Terġa’ Titlaqqam Kontra L-Covid? – Se Tiġi Offruta Booster Lill-Pubbliku

Il-pubbliku qed jiġu offrut vaċċin ieħor kontra l-COVID-19 li jilqa’ kontra l-varjant il-ġdid tal-virus imsemmi XBB, flimkien ma’ tilqim ieħor kontra l-influwenza. Il-ministru tas-saħħa Chris Fearne ħabbar li dan it-tilqim se jingħata miċ-ċentri tas-saħħa fil-kliniki tal-komunità qabel ma jibda l-istaġun tal-influwenza. Fearne qal li minkejja l-COVID-19 issa saret endemika, fix-xitwa mistenni li n-numri jiżdiedu.

Dan kollu se jibda’ mid-9 t’Ottubru għal dawk vulnerabbli, u fis-16 t’Ottubru għall-bqija tal-popolazzjoni. It-tfal u ż-żgħażagħ taħt is-17-il sena ser jiġu offruti vaċċin tal-influwenza forma ta’ spray nażali.

 

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI