"Tkellimt Dwar L-Importanza Li Dawk Fil-Vizzju Ma Jistħux Jitkellmu Dwar Il-Problema…" – Il-President ta' Malta

Illum huwa l-jum internazzjonali kontra l-abbuż u t-traffikar tad-droga; jum importanti li kultant ma nitkellmux biżejjed dwar din il-problema jew inkella nitkellmu minn taħt l-ilsien minħabba taboo. Imma kif jgħid il-Malti; kull min jgħolli jdejh għandu xi jxomm u għalhekk wieħed m’għandux joqgħod lura milli jitkellem jekk għandu din il-problema!

Hekk tenna l-President ta’ Malta George Vella llum fi żjara lir-residenti fil-Komunità Santa Marija tas-Sedqa f’Ħal Farruġ fejn appella wkoll lis-soċjetà Maltija biex tkun dejjem iżjed lesta biex tilqa’ lura fi ħdanha lill-persuni li kienu fil-vizzju tad-droga.





Ħeġġiġt għal aktar edukazzjoni dwar l-effetti ħżiena tad-droga fost it-tfal u ż-żgħażagħ sabiex dawn jifhmu iktar it-tbatijiet ta’ dawk li jispiċċaw vittmi tal-vizzju u tiġi evitata l-istigma”, żied jgħid l-Eċċellenza tiegħu.

Kuraġġ lil dawk li għadhom isofru minn din il-marda tal-addiction speċjalment dik tad-droga. Emmen fik innifsek, meta taqa’ terġa’ tqum! Kuraġġ!

Ritratt: Facebook/ George Vella



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI