Kate, it-tifla li waqt li tikkumbatti kontinwament kontra l-kundizzjoni tagħha, bit-tir li tagħmel progress, qiegħda turi wkoll xi tfisser determinazzjoni. Għalkemm xejn ma sar, jew se jsir, f’jum wieħed, Kate qiegħda tibqa’ tipprova.
Illum il-ġurnata Kate sejra tajjeb ħafna bit-terapija. Fil-kontenut li jitfgħu fuq il-paġna tagħha nistgħu narawha dejjem tirsisti, bil-għajnuna tat-terapisti. Ftit ilu tefgħu ritratt ta’ Kate, bil-kliem, “Tlaqna!”
Brava! Ibqa’ kuraġġuża u determinata Kate!
Facebook/ Kate: Writing My Story