Ilbieraħ tard filgħaxija, il-Minsiteru tas-Saħħa ħabbar il-mewt ta’ tliet anzjani oħra. Tliet anzjani li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem waqt li kienu pożittivi bil-Covid-19. It-tliet anzjani kienu tliet irġiel ta’ 77 sena, 81 sena u 87 sena.
It-total ta’ vittmi tal-Covid-19 issa tela’ għal 88 persuni bl-iżgħar persuna jkun raġel ta’ 53 sena. Il-Ministeru għas-Saħħa, jagħti l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjani u jappella biex kulħadd ikun prudenti u jsegwi l-miżuri ta’ prevenzjoni biex b’hekk nipproteġġu lil dawk l-aktar vulnerabbli. Aħna ngħaddu l-kondoljanzi tagħha lill-familjari tal-aħħar tliet vittmi.
Mill-banda l-oħra milli jidher illum għandna nistennew numru inqas ta’ każijiet pożittivi. Skont il-profil ta’ Frank Portelli, dalgħodu konna qed noqorbu lejn il-100 każ filwaqt li fuq il-paġna tiegħu Gerald Fenech qal li hemm 107 iżda wħud minnhom jistgħu jkunu qed jirrepetu dan it-test.