Il-kantanta Għawdxija Francesca Sciberras qed tiċċelebra mument speċjali fir-relazzjoni tagħha hekk kif hi u r-raġel tagħha laħqu t-tmien anniversarju minn meta bdiet l-istorja ta' mħabbithom. F'post romantiku li qasmet fuq il-midja soċjali, Francesca kitbet, "Ilna tmien snin minn meta bdejna l-istorja tagħna, u ma kontx nixtieqha mod ieħor. Awguri għall-anniversarju, qalbi! Inħobbok għal dejjem u aktar."
Il-kliem sempliċi iżda mimli emozzjoni kien akkumpanjat minn ritratt sabiħ tal-koppja, li juri l-ferħ u l-għaqda li bnew matul dawn is-snin. Il-post malajr ġibed l-attenzjoni tas-segwaċi tagħha, b'ħafna jieħdu l-opportunità biex jawguraw lill-koppja aktar snin ta' mħabba, kuntentizza u mumenti sbieħ flimkien.
Minn naħa tagħna, nawguraw lil Francesca u lis-sieħeb tagħha anniversarju mill-isbaħ u ħafna aktar snin ta' mħabba u suċċess flimkien.