Id-dinja tal-mużika tinsab f’luttu hekk kif tħabbar il-mewt tal-kantanta leġġendarja Bonnie Tyler, magħrufa madwar id-dinja għall-vuċi distintiva tagħha u suċċessi bħal Total Eclipse of the Heart u Holding Out for a Hero.
Fi stqarrija ppubblikata fuq il-paġna uffiċjali tagħha fuq Facebook, il-familja u t-tim tagħha qalu li Bonnie mietet bla mistenni lbieraħ filgħaxija fi sptar fil-Portugall, wara li kienet qed tirċievi kura għal marda li kienet ilha taffaċċja.
"Il-familja u t-tim ta’ Bonnie għandhom qalbhom maqsuma hekk kif iħabbru li Bonnie mietet bla mistenni lbieraħ filgħaxija fi sptar fil-Portugall bħala riżultat tal-marda li kienet qed tiġi kkurata għaliha," tgħid l-istqarrija. Huma żiedu li fil-ħin li ġej se joħorġu aktar informazzjoni, filwaqt li talbu rispett u privatezza sabiex ikunu jistgħu jgħaddu minn dan il-mument diffiċli.
Fl-aħħar xhur, Bonnie Tyler kienet ilha rikoverata fi sptar fil-Portugall wara operazzjoni ta’ emerġenza. It-tim tagħha kien ħareġ diversi aġġornamenti fejn spjega li minkejja li l-kundizzjoni tagħha kienet serja, it-tobba kienu qed jittamaw li tirkupra.
Bonnie Tyler ħalliet marka kbira fl-industrija tal-mużika internazzjonali matul karriera li damet għexieren ta’ snin, b’kanzunetti li baqgħu klassiċi u li għadhom popolari sal-lum. Ir-rappreżentat lir-Renju Unit fil-Eurovision Song Contest u kienet mistennija tagħti kunċert f'pajjiżna f'Mejju li għadda!
Aktar dettalji dwar il-funeral u t-tislim finali mistennija jitħabbru mill-familja tagħha fil-ħin li ġej.
Facebook / Bonnie Tyler