Fuq il-paġna ta’ Puttinu Cares, inkiteb messaġġ bħala tislima lil Karl, raġel b’qalb tad-deheb.
Huma kitbu, “Qatt m’aħna se ninsewk Karl. Int kont tħobb tiġi sa Puttinu u tinkoraġixxi lil ħaddieħor bil-passjoni u qalb tajba tiegħek. Aħna se niftakruk għal dejjem.”
Ippubblikaw ukoll messaġġ emozzjonali mingħand l-għażiża martu Rosemary Ann Vella, “Tnax-il sena ilu kienet l-iktar ġurnata mudlama ta’ ħajti. Alla għajjatlek lura d-dar, għal post aħjar fejn ma jkunx hemm iżjed tbatija. Il-ħajja mingħajrek hawn ma baqgħetx l-istess. Inħossu n-nuqqaw tat-tbissima tiegħek, id-daħka, l-altruwiżmu, u l-qalb tajba tiegħek. Nafu li qed tħarisna u tipproteġina mill-ġenna u ta’ dan aħna grati. Inti tlaqt għażiż Karl, imma qatt ma ninsewk. Inħobbok għal dejjem u ħafna.”
Facebook / Puttinu Cares