Toħroġ Fuq Il-Pjattaformi Diġitali La Tinsinix – Il-Kanzunetta Uffiċjali Għall-Maratona Ġbir Ta’ Fondi B’Risq DAR Bjorn!

Aktar kmieni llum ħarġet uffiċjalment fuq il-pjattaformi diġitali La Tinsinix, adattazzjoni bil-Malti tal-kanzunetta Keep Me In Mind, interpretata minn Mike Spiteri, Lisa Gauci u Jasmine Abela. Il-lirika Maltija nkitbet minn Emil Calleja Bayliss, filwaqt li l-mużika hija ta' Ray Agius u l-produzzjoni saret minn Edward Abela – The Midnight Studio.

Ringrazzjament speċjali jmur ukoll lil Alfred C. Sant, li kiteb il-lirika oriġinali ta' Keep Me In Mind, il-kanzunetta li rrappreżentat lil Malta fil-Eurovision Song Contest fl-Irlanda fl-1995. Issa, 31 sena wara, din il-kanzunetta reġgħet ingħatat il-ħajja permezz ta' arranġament u produzzjoni moderna, filwaqt li żammet il-messaġġ qawwi tagħha u għamlitha aktar relevanti minn qatt qabel.

La Tinsinix qed tintuża wkoll biex tkompli xxerred il-missjoni ta' Bjorn Formosa, li għal dawn l-aħħar snin ilu jiġġieled b'kuraġġ kontra l-marda tal-ALS, filwaqt li jibqa' jaħdem bla waqfien biex jgħin persuni li qed jgħixu b'kundizzjonijiet serji. Il-kanzunetta se tkun parti mill-isforzi biex jitqajjem aktar għarfien għall-maratona ta' ġbir ta' fondi li se ssir fit-30 ta' Awwissu.

Il-messaġġ tagħha huwa wieħed ċar u universali, li qatt ma ninsew lil dawk li jinsabu fil-bżonn, filwaqt li nibqgħu nfakkru u napprezzaw il-legat ta' dawk li qed jiffaċċjaw żminijiet diffiċi, kif ukoll ta' dawk li llum m'għadhomx magħna.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI