Żeffiena Maltin Jirrappreżentaw Lil Malta F’Kompetizzjoni Internazzjonali Fil-Greċja

Studenti taż-żfin

Grupp ta' żeffiena ta' Mandy Dance Academy vjaġġaw lejn Thessaloniki, fil-Greċja, sabiex jirrappreżentaw lil Malta fil-kompetizzjoni internazzjonali, li bdiet fit-12 ta' Lulju u se tibqa' għaddejja sad-19 ta' Lulju 2026.

L-akkademja qed tipparteċipa b'solisti, duos, trios u gruppi f'diversi dixxiplini taż-żfin, fejn se jikkompetu ma' talenti minn diversi pajjiżi Ewropej.

Il-parteċipazzjoni tagħhom hija r-riżultat ta' xhur sħaħ ta' taħriġ intensiv u preparazzjoni flimkien mal-għalliema u l-koreografi tagħhom.

Il-kompetizzjoni toffri opportunità importanti biex iż-żgħażagħ jiksbu esperjenza internazzjonali, juru t-talent tagħhom fuq palk Ewropew u jkomplu jippromwovu l-isem ta' Malta fid-dinja taż-żfin.

Din hija kisba oħra li tenfasizza l-livell għoli tat-talent lokali u d-dedikazzjoni tal-artisti Maltin.

Mandy żfin
Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI