Tpinġija Tal-Mibki Jake Vella Biex Tingħata Lill-Ġenituri Tiegħu Mill-Istudent Tal-Arti Denilson Zammit

Il-ġimgħa l-oħra Gwida.mt tkellimna mal-istudent tal-arti, żagħżugħ ta’ 16-il sena, Denilson Zammit. Denilson diġà qed juri x’artist ta’ kalibru hu u jimpressjona bix-xogħlijiet artistiċi tiegħu. Wara li ħalliena l-mibki Jake Vella, Denilson xtaq jonora l-memorja tiegħu bi tpinġija.



Denilson Zammit bi tpinġija ta



It-tpinġija turi wiċċ il-maħbub Jake, u l-intenzjoni ta’ Denilson hi li jagħtiha bħala donazzjoni lill-ġenituri ta’ Jake, Josie u Maruska. Ġest mill-isbaħ li ċertament ħa jkun apprezzat. Kemm hu sabiħ li l-memorja ta’ żagħżugħ li serva ta’ ispirazzjoni għalina lkoll, tibqa’ dejjem ħajja b’tant modi artistiċi.

Prosit kbira Denilson!



Jake Vella Portrait

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI