"Twieldet Il-Prinċipessa Tagħna" – Belle Tħabbar It-Twelid Taċ-Ċkejkna Zara

Wara ħafna stennija, Belle għadha kif ħabbret li proprju lbieraħ twieldet iċ-ċkejkna Zara.

“Nirringrazzja lill-Mulej li għoġbu jberikna b’dan ir-rigal ferm sabiħ,” stqarret Belle fuq nota pożittiva.

Hija esprimiet il-gratitudni tagħha lejn dawk kollha li għenuha tasal għal dan il-waqt speċjali, partikolarment il-maħbub tagħha Brenton.

Issoktat tirringrazzja wkoll lit-tobba li assistewha bl-aqwa ħila tul il-proċess tat-twelid.





Nawguraw l-isbaħ xewqat lil Belle f’dan it-traġitt tagħha bħala omm!



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI