Twissija Dwar Xogħlijiet Fit-Toroq – Iċ-Ċirku Tal-Imsida

Infrastructure Malta ħabbret twissija dwar xogħlijiet ġewwa ċ-Ċirku tal-Msida. Se jkunu qed isiru xogħlijiet ta’ rfinar fiċ-Ċirku tal-Imsida matul dawn l-iljieli: Il-Ħamis 11, il-Ġimgħa 12, u s-Sibt 13 ta’ Settembru, bejn id-21:00 u l-05:00 ta’ filgħodu.

“Jekk jogħġbok innota li matul dawn il-ħinijiet: il-ħruġ miċ-Ċirku tal-Imsida għal Triq Reġjonali mhux se jkun possibbli. It-traffiku kollu se jiġi ridirett permezz taċ-ċirku ta’ barra ta’ Triq tal-Qroqq, u joħroġ minn Triq tal-Ħriereb għal Triq Reġjonali.”

Is-sewwieqa huwa mitluba jsegwu s-sinjali fuq il-post u jsuqu b’kawtela. Infrastructure Malta tirringrazzja lill-pubbliku tal-kooperazzjoni.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI