Virtu Ferries qed tavża lill-pubbliku dwar sit frodolenti li qed jidher li qed ibiegħ biljetti tal-ivvjaġġar foloz f’isimha.
Is-sit inkwistjoni, https://maltaferrytrip.com/, m’għandha l-ebda affiljazzjoni ma’ Virtu Ferries u l-biljetti offruti minnha huma foloz.
Il-prezzijiet u l-informazzjoni ppreżentati fuq dan is-sit huma qarrieqa u żbaljati, u kwalunkwe biljett mixtrija minn dan is-sit mhux validi u mhux se jiġu aċċettati għall-ivvjaġġar.
Virtu Ferries tfakkar li l-biljetti tagħha jistgħu jinxtraw biss permezz tal-kanali uffiċjali, jiġifieri:
- Is-sit uffiċjali: www.virtuferries.com
- Aġenti u kanali ta’ bejgħ awtorizzati
X’għandek tagħmel jekk ġejt affettwat
Persuni li setgħu xtraw biljetti minn dan il-website frodolenti huma mħeġġa:
- Jikkuntattjaw mill-ewwel lill-bank jew lill-fornitur tal-ħlas tagħhom biex jirrapportaw it-tranżazzjoni frodolenti u jfittxu rifużjoni
- Jirrappurtaw il-każ lill-Pulizija
- Jikkuntattjaw direttament lil Virtu Ferries sabiex jingħataw għajnuna dwar għażliet leġittimi ta’ booking
Parir ta’ Sigurtà
Il-pubbliku huwa mħeġġeġ biex dejjem jivverifika li qed juża s-sit uffiċjali ta’ Virtu Ferries (www.virtuferries.com) qabel ma jagħmel xi ħlas.
Għandha tingħata attenzjoni partikolari għal siti b’ismijiet simili. Għal bookings u informazzjoni uffiċjali biss, żur virtuferries.com
Facebook/ Virtu Ferries Ltd.