Il-Malta Business Registry tħabbar is-suċċess ta’ tlettax il professjonist. F’post riċenti, il-Malta Business Registry ħabbru li “13-il professjonist ggradwaw mill-Kors tal-Insolvenza Akkreditat organizzat mil-Malta Business Registry, pass importanti li jkompli jsaħħaħ il-professjoni u jkabbar l-għarfien espert f’dan il-qasam. B’dawn iż-żidiet, in-numru ta’ Prattikanti tal-Insolvenza rreġistrati f’Malta issa tela’ għal 26.”
Komplew billi qalu li “dawn il-professjonisti se jkunu qed jappoġġjaw lill-kumpaniji biex jieħdu l-passi meħtieġa ħalli jerġgħu jiksbu stabbiltà finanzjarja u jirkupraw b’mod effettiv.”
Nawguraw lil kull min gradwa kif ukoll lil dawk kollha li kellhom rwol importanti sabiex dan il-kors jirnexxi.
Ritratti: Facebook/MaltaBusinessRegistry