Il-paġna Aġġornament Tat-Temp għadha kemm tat dettalji rigward it-temp fil-gżejjer Maltin matul it-tlett ijiem li ġejjin. Fosthom hemm twissija ta’ riħ għal għada t-Tnejn.
“TWISSIJA ta riħ qawwi Għada Tnejn 4 ta’ Awwissu forza 5 għal 6 bħala buffuri mil-majjistral. Din it- twissija tibqa tgħodd sa nhar it-Tlieta fit-03:00,” tikteb il-paġna.
Nhar it-Tlieta u l-Erbgħa mistenni jkollna riħ inqas qawwi. L-avviż isemmi li nhar l-Erbgħa kapaċi jkun hemm anke temp imsaħħab għal xi waqtiet.