Il-paġna tal-Facebook tat-tbassir tat-temp qed tavża dwar liem se jkunu l-jiem fil-qrib li se jkunu akkumpanjati minn riħ qawwi. F’dawn il-jiem li se jsemmu, il-qawwa tar-riħ se tilħaq forza 8.
“Twissija ta’ riħ qawwi f’dawn il-ġranet,” huma kitbu. “Nhar il-Ħadd (għada) filgħaxija punent forza 6; Nhar it-Tnejn majjistral forza 7 u buffuri forza 8.”
Ir-riħ jidher li se jkompli tul il-ġimgħa. “Nhar it-Tlieta majjistral forza 6, nhar l-Erbgħa punent ilbiċ forza 6; nhar il-Ħamis majjistral punent forza 7 għal forza 8; u nhar il-ġimgħa forza 6 punent majjistru.”
Tajjeb li nieħdu l-prekawzjonijiet meħtieġa f’dawn il-jiem.
Facebook / Aġġornament tat-Temp