LESA għadhom kemm ħabbru inċident li tassew iġib miegħu dispjaċir. Hekk kif waqt li kienet qed tagħmel xogħolha, uffiċjal tal-istess aġenzija spiċċat milquta minn trakk.
Hi tinsab stabbli skont LESA. “L-Aġenzija tawguralha fejqan ta’ malajr u tibqa’ magħha f’dan il-mument. Dan l-inċident ifakkarna kemm hu importanti li dejjem inkunu attenti u responsabbli meta nkunu fit-triq, sabiex nipproteġu lil xulxin.”
L-Aġenzija fl-aħħar tal-kitba tieħu ħsieb tirringrazzja lil kull min qed juri solidarjetà u appoġġ lejn din l-uffiċjal.
Facebook/ LESA