Il-kantawtriċi lokali Megan May Caruana qed taħdem kontinwament fuq il-karriera mużikali tagħha bit-tir li tkompli tikber bħala artista. Jidher li għadha kemm kisbet tragward ieħor, hekk kif gradwat ġewwa Londra.
Megan qasmet ritratti meħudin mill-esperjenza tagħha ġewwa Abbey Road Institute f’Londra, fosthom mumenti ġewwa l-istudios.
“Uffiċjalment gradwata minn Abbey Road Institute. Għandi ħafna xi ngħid imma l-aktar li qed inħoss hi gratitudni għal din l-esperjenza,” tikteb Megan.
Minn qalbna nawguraw lill-artista lokali aktar suċċessi! Prosit tassew Megan!