"Ġurnata Mimlija Emozzjonijiet Sbieħ u Eċitanti" – Quinton U Kerstyl Jibdew Il-Ħajja Miżżewġa Tagħhom!

Wara l-ġurnata speċjali tal-bieraħ Quinton Scerri u Kerstyl Farrugia jinsabu fis-seba’ sema hekk kif qalu iva lil xulxin u uffiċjalment bdew il-ħajja miżżewġa tagħhom!

Quinton dalgħodu għadu kif qasam l-emozzjonijiet li qed iħossu wara ċ-ċelebrazzjoni speċjali tal-bieraħ. “Ġurnata mimlija emozzjonijiet sbieħ u eċitanti!” 

Quinton jirringrazzja lil kull min kien parti miċ-ċelebrazzjoni ta’ dan il-pass importanti li għamlu fir-relazzjoni tagħhom hu u Kerstyl. “Grazzi lil kull min bil-farka jew bil-ħafna tiegħu għamel din il-ġurnata tant sabiħa! Grati għal dawk kollha li ingħaqdu magħna u kienu parti mill-bidu ta’ vjaġġ sabiħ ‘il quddiem.”

Minn qalbna f’isem Gwida.mt nawgurawlhom futur mill-isbaħ!





Daryl Cauchi



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI