Ilbieraħ iċċelebra għeluq sninu l-attur Daniel Chircop. Probabbli rajtu xi billboard tiegħu wkoll madwar Malta għax id-Danusan ħasbu biex jorganizzaw spettaklu għall-għeluq snin Daniel!
Fi tmiem il-ġurnata ta’ għeluq sninu, Daniel kiteb messaġġ ta’ ringrazzjament u riflessjoni. Hu kiteb, “Ġurnata sempliċi imma sabiħa mmens, anqas nista’ nemmen kif jgħaddi ż-ż’mien, illum għalaqt 40! Inħossni xxurtjat li għandi ħafna nies madwari li jħobbuni u nirringrazja ‘l Alla ta’ kulma jagħmel miegħi f’kull ġurnata… għal 40 sena li jmiss. Grazzi lil kull min awgurali.”
F’isem it-tim ta’ Gwida.mt, nawgurawlu l-isbaħ xewqat u nittamaw li kellu jum mimli affarijiet sbieħ! Awguri mill-qalb Daniel!
Facebook / Daniel Chircop