Mument li qanqal tħassib fost il-fidili madwar id-dinja kien meta l-Papa Ljun XIV żvela, li t-tobba sabulu dak li hu msejjaħ nodulu, lokalizzat fil-pulmun u li fil-jiem li ġejjin se jgħaddi minn operazzjoni biex dan jitneħħa.
L-aħbar ingħatat mill-Papa stess waqt l-Angelus tal-Ħadd, 11 ta’ Ottubru 2026, hekk kif spjega li n-nodulu nstab waqt xi eżamijiet mediċi li sarulu dan l-aħħar.
Minkejja t-tħassib li tista’ ġġib magħha aħbar bħal din, il-Papa spjega li n-nodulu ġie identifikat fi stadju bikri ħafna u jinsab lokalizzat sew. Wara li sema’ r-rakkomandazzjonijiet tat-tobba tiegħu, huwa ddeċieda li jsegwi l-parir mediku u jgħaddi mill-operazzjoni meħtieġa.
Il-proċedura mistennija ssir fl-Isptar Gemelli f’Ruma, fil-bidu ta’ din il-ġimgħa. Skont Matteo Bruni, direttur tal-Uffiċċju tal-Istampa tas-Santa Sede, il-perjodu ta’ rkupru wara l-operazzjoni huwa stmat li jkun ta’ madwar ġimgħa.
F’dan il-mument, il-Papa rringrazzja lil dawk kollha li qed juru qrubija spiritwali lejh u talab it-talb tagħhom. B'hekk, it-Tim ta' Gwida.mt ukoll jingħaqad mal-pubbliku u jitlob għal Papa, ħalli jkollu fejqan ta' malajr!
Google/Vatican News