Illum tiċċelebra għeluq sninha Katya De Giovanni, u f'din il-ġurnata speċjali għaliha qasmet messaġġ mill-qalb fejn tesprimi l-gratitudni tagħha lejn il-ħajja, anke jekk tinkludi għadd ta' mumenti ta' sfida.
"Illum nirringrazzja lil Alla li silifni sen'oħra. Kienet sena mimlija sfidi. Għaddejt sfidi ta' saħħa imma kollox għadda b'wiċċ il-ġid. L-agħar sfida hija meta tkun temmen f'xi ħadd u jtik bis-sieq."
Katya tkompli, "Kollox jgħaddi u n-nies jinbidlu. Illum timmarka l-bidu ta' interessi ġodda. Se nerġa' nibda nitgħallem il-mużika u għandi l-ewwel lezzjoni wara assenza ta' bosta snin. Taf kemm taf, qatt ma tkun taf biżżejjed."
Tirringrazzja lill-familja, lill-ħbieb u lil kull min kien ta' sostenn kontinwu. "Mingħajrkom din is-sena kienet tkun ħafna aktar kiefra."
Awguri mill-qalb Katya!
Facebook/ Katya De Giovanni