“Verament Napprezza Lil Kull Wieħed U Waħda Minnkom” – Ryan Borg

Illum qed jiċċelebra għeluq sninu Ryan Borg! Lil Ryan nafuh bħala preżentatur tal-programm Sibtek flimkien ma’ Josmar. Fuq il-midja soċjali, Ryan żvela li llum se jkun qed jiċċelebra s-36 sena tiegħu. 





Hu kiteb ukoll messaġġ lil dawk kollha li qed jawgurawlu: “Grazzi lil kulħadd għal kull xewqa u messaġġ. Li nisma minn tant familja u ħbieb jagħmilni nħossni tant grat għan-nies mill-isbaħ kollha f’ħajti. Verament napprezza lil kull wieħed u waħda minnkom! Grazzi lil Alla għal kollox. Jiena tassew imbierek. Inħobbkom kollha.” 

Aħna f’isem it-tim kollu ta’ Gwida.mt nixtiequ nawguralu l-isbaħ xewqat f’dan il-jum speċjali. Awguri mill-qalb!

Facebook/Ryan Borg



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI