Il-komunità Bormliża qed tibki t-telfa ta’ waħda minnhom, Rodianne Farrugia li sfortunatament tilfet il-battalja tagħha għall-kanċer. Bosta qed jiktbu messaġġi u jesprimu l-emozzjonijiet tagħhom fuq il-midja soċjali.

Ritratt: Facebook/Memoriam Malta
“Ixxukkjata u mdejqa dalgħodu hekk kif sirt naf li ħallejtna. Int kont persuna mill-isbaħ u ħadt ħsieb it-tfal f’Lelluxa, inkluż tagħna, bħallikieku kienu tiegħek,” kitbet waħda mara.
“Illum hija waħda mill-agħar ġranet ta’ ħajti. Bint il-ħabiba tiegħi ħallietna. Hi ġġieldet kull battalja li kellha bħal suldat. Dejjem tħares ‘il quddiem. Issa tilfet l-aħħar battalja tagħha kontra l-kanċer,” qasmet ħabiba oħra tal-familja. “ Tir fil-għoli għażiża, issa mhux se tħoss [iktar] uġigħ. Strieħ fil-paċi u ħu ħsieb il-familja tiegħek mis-sema u itlob ukoll għalina. Dejjem f’qalbna u qatt minsija. Inħobbok Rodianne.”
Aħna minn Gwida.mt nixtiequ ngħaddu l-kondoljanzi tagħna lill-familja, ħbieb u qraba ta’ Rodianne, kif ukoll lil kull min qed iħoss it-telfa tagħha. Strieħ fis-Sliem għażiża.
Facebook/Patricia Cassar/Memoriam Malta